X Factor Malta Bi Premju Ta’ €50,000

 X Factor Malta Bi Premju Ta’ €50,000

Għat-tielet staġun X Factor Malta ħa jerġa’ jirritorna din id-darba bi premju ta’ €50,000 għal min jiġi fl-ewwel post.

“Dan il-premju se jkun l-akbar wieħed li qatt rat Malta fuq it-TV” tennew l-organizzaturi ta’ dan il-programm.

Qed jingħad ukoll li t-tmexxija tal-PBS ħadet id-deċiżjoni li min jirbaħ X Factor Malta mhux ħa jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision, iżda għal dan ħa jkun qed jiġi organizzat festival ieħor apposta għal dan l-għan.

Fl-ewwel żewġ staġuni ta’ dan il-programm ir-rebbieħa kienu Michela Pace u Destiny Chukunyere fejn ġew ikklasifikati fl-14 u is-7 post rispettivament fil-finali tal-eurovision.

Ritratti: Facebook/ X Factor Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com