Kif Mużiċisti Jistgħu Jnaqqsu R-Riskju Ta’ COVID-19 Waqt Kunċerti
Studju li sar flimkien ma’ Utah Symphony fl-Amerika sab li jekk xi strumenti f’orkestra jew banda jpoġġu f’post differenti milli normalment ipoġġu jista’ jnaqqas drastikament ir-riskju tal-COVID-19. Strumenti li normalment naraw fuq wara bħal perkussjoni f’dan l-istudju tmexxew għan-nofs filwaqt strumenti bħal trumbetti, flawtijiet u strumenti oħra tan-nifs tmexxew lejn it-tarf tal-palk.
Flimkien mal-ftuħ ta’ kemm jista’ jkun bibien u twieqi, din is-setup tista’ tnaqqas ħafna r-riskju li mużiċisti jkunu esposti għal mard fl-arja bħal COVID-19, ir-riċerkaturi jirrapportaw dan fil-ġurnal Science Advances.
Simulazzjonijiet tad-dinamika tal-arja f’sala tal-kunċerti juru li dawn il-bidliet jistgħu jnaqqsu l-akkumulazzjoni ta’ partiċelli fl-arja potenzjalment infettivi b’madwar 100 darba.
Taħseb li ħa nibdew naraw l-orkestra ddoqq b’dan il-mod?
Ritratt: Science News