Il-Vapur ‘Ever Given’ Finalment Iħalli l-Kanal Ta’ Suez
Il-vapur tal-kontejners ġgantesk li mblokka l-Kanal ta’ Suez f’Marzu li għadda finalment tħalla jitlaq mill-awtoritajiet Eġizzjani.
L-‘Ever Given’ kien inżamm għal 100 jum sakemm seta’ jintlaħaq ftehim ta’ kumpens mas-sid Ġappuniż tal-bastiment. Eventwalment ġie ffirmat ftehim mill-Awtorità tal-Kanal ta’ Suez ilbieraħ wara negozjati twal, b’ċerimonja ta’ tluq fuq ix-xtut tal-kanal.
Il-bastiment ta’ 200,000 tunnellata beda jersaq lejn il-Baħar Mediterran ftit wara l-11:30am.
Il-kundizzjonijiet tal-ftehim mas-sid tal-‘Ever Given’, Shoei Kisen Kaisha Ltd, ma ġewx żvelati, iżda hemm rapporti jgħidu li l-Eġittu talbu $ 550 miljun.
Ritratt: Mirror UK