“B’Enerġija Sħiħa Ser Naħdem Biex It-Turiżmu Jissaħħaħ U Jirkupra…” – Il-Ministru Clayton Bartolo

 “B’Enerġija Sħiħa Ser Naħdem Biex It-Turiżmu Jissaħħaħ U Jirkupra…” – Il-Ministru Clayton Bartolo

“Irrid nirringrazzja lil dawk kollha li esprimew is-sentiment ġenwin tagħhom fuq is-sitwazzjoni preżenti”, kiteb il-Ministru Clayton Bartolo fuq il-midja soċjali tiegħu.

Tenna li kull deciżjoni li ttieħdet, dejjem saret fuq il-bażi li s-settur turistiku jirkupra b’mod responsabbli u sostennibbli.

Qal ukoll li l-pjan għall-irkupru turistiku sar fuq bażi ġenwina li minnu jgawdi anke s-settur tal-ospitalità lokali li tant għamel sagrifiċċji f’din is-sena u nofs.

“Iva, b’enerġija sħiħa jiena ser nibqa’ naħdem biex it-turiżmu jissaħħaħ u jirkupra kif inhu xieraq”, temm il-Ministru Bartolo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com