The Secret Garden – Vjaġġ Maġiku Għat-Tfal U L-Familji
The Secret Garden hija preżentazzjoni maħluqa għat-tfal ta’ bejn il-ħames u l-għaxar snin u l-familji tagħhom. Din se tittella’ fi Ġnien Laparelli l-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju fis-7pm, is-Sibt 17 ta’ Lulju fis-7pm u fit-8:30pm u l-Ħadd 18 ta’ Lulju fis-7pm u fit-8:30pm.
Din l-attività ħa tkun qed toħloq ambjent uniku fil-ġonna fejn b’karattri mill-folklor Malti antik jieħdu l-ħajja u jiffaċċjaw waħda mill-ikbar sfidi ta’ ħajjithom fost xeni kreattivi għal-aħħar fejn it-tfal u l-familja ħa jidħlu f’dinja ta’ fantażija.
Familji u t-tfal tagħhom li jixtiequ jattendu għal dan il-vjaġġ maġiku jistgħu jixtru l-biljetti minn https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/the-secret-garden. Il-biljetti huma €4.50.
Dan l-avveniment huwa kooproduzzjoni bejn l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u Lignin Stories.
Dawk li għandhom iżjed minn 12-il sena jridu jippreżentaw iċ-ċertifikat tat-tilqima fl-entratura filwaqt li t-tfal kollha bejn il-5 u l-11-il sena jridu jippreżentaw test negattiv għall-COVID-19. It-testijiet PCR iridu jittieħdu sa mhux iktar minn 72 siegħa qabel l-avveniment u r-Rapid Tests iridu jittieħdu sa mhux iktar minn 24 siegħa qabel l-avveniment.