“l-Informazzjoni Falza Dwar Il-Covid-19 Qed Toqtol In-Nies” – Joe Biden

 “l-Informazzjoni Falza Dwar Il-Covid-19 Qed Toqtol In-Nies” – Joe Biden

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden wissa li t-tixrid ta’ informazzjoni żbaljata dwar il-Covid-19 fuq il-midja soċjali qed “Toqtol in-nies” hekk qal Biden lill-ġurnalisti fil-White House lbieraħ. Huwa żied jgħid li “L-unika pandemija li għandna hija fost dawk mhux imlaqqma.”

Huwa kien qed iwieġeb għal mistoqsija minn ġurnalist dwar l-informazzjoni falza li qed toħroġ minn “pjattaformi bħal Facebook” dwar il-vaċċin u l-pandemija.

Il-White House qed iżżid il-pressjoni fuq il-kumpaniji tal-midja soċjali biex jindirizzaw din il-misinformazzjoni. Facebook qal li qed jieħu “azzjoni aggressiva” biex jipproteġi s-saħħa pubblika.

L-uffiċjali tas-saħħa tal-Istati Uniti wissew li ż-żieda attwali fl-imwiet u l-infezzjonijiet tal-Covid-19 qed tolqot esklussivament lill-komunitajiet mhux imlaqqma.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com