2,461 Tilqima Mill-Mobile Clinic Illum Fil-Mosta
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għadu kemm ħabar li lum ingħataw 2,461 tilqima f’din l-ewwel ġurnata tal-Mobile Clinic li ħa jkun qed idur madwar Malta. Filfatt issa jmiss nhar l-Erbgħa li ġej ġewwa ż-Żejtun.
Chris Fearne irringrazzja lil Steve Agius, Nicolai Attard kif ukoll lil Jorgen Souness flimkien mat-tim kollu tal-ħidma tagħhom matul din il-ġurnata.
Din hija nizjattiva sabiex jekk għadek ma ħadtx il-vaċċin tkun tista’ tmur mingħajr il-bżonn ta’ appuntament.
Ritratt: DOI