Aġġornat: Tifel Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Sular U Nofs Fil-Mellieħa

 Aġġornat: Tifel Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Sular U Nofs Fil-Mellieħa

Iktar kmieni ħriġna l-aħbar tal-inċident ikrah li seħħ fil-Mellieħa fejn tifel ta’ sentejn jinsab fil-periklu tal-mewt.

Fil-fatt dalgħodu għall-ħabta tal-10:30am il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq ir-Rattan, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li tifel ta’ sentejn waqa’ madwar sular u nofs minn ġo tieqa.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia LL.D li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com