‘You & I’ – Kanzunetta Tal-widna B’Ħoss Ritmiku Għas-Sajf

 ‘You & I’ – Kanzunetta Tal-widna B’Ħoss Ritmiku Għas-Sajf

Żewġ żgħażagħ b’imħabba kbira lejn il-mużika ltaqgħu b’kumbinazzjoni u flimkien ħolqu kanzunetta tal-widna b’ħoss ritmiku, għas-sajf. Dak hu l-aħjar mod biex tiddeskrivi lil Ryan Paul, Rachel Lowell u l-kollaborazzjoni tagħhom li ġġib l-isem, ‘You & I’.

Segwaċi tal-ġeneru dance, il-kompożitur u produttur ta’ ‘You & I’, Ryan Paul huwa responsabbli għal diversi kanzunetti ta’ suċċess fosthom: Fine u Cosmic Gate, li bejniethom ġew imdaqqa’ aktar minn 150,000 darba fuq il-pjattaforma Spotify, filwaqt li l-kantanta u l-awtriċi Rachel Lowell għamlet isem għaliha nnifisha fix-xena tal-festivals lokali, bir-rebħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza permezz tal kanzunetta Li Stajt Nagħżel Jien lura fl-2019, kif ukoll klassifikazzjoni fit-3 post fl-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Minn Kajfas Għal Għand Pilatu, wkoll fl-2019.

Il-ġimgħa l-oħra, permezz ta’ Facebook, Rachel qalet “Ryan Paul għoġbu leħni, u saqsini hux interessata li naħdem kanzunetta miegħu” qabel żiedet li “mal-ewwel demo, ridt nagħmilha, tant hu hekk li anke xtaqt li nagħti kontribut, permezz tal-lirika. Ir-riżultat aħħar ikun: You & I”.

Ir-rilaxx ta’ ‘You & I’ huwa appoġġjat b’vidjow ta’ lirika, produċut lil’hinn minn xtutna, li jagħti nifs lill-messaġġ universali tal-kanzunetta filwaqt li jaġevola l-element ta’ pjaċir.

Mit-23.07.2021, ‘You & I’ hija disponibbli biex tindaqq jew tinxtara fuq il-pjattaformi ewlenin tal-mużika diġitali fosthom: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon and iTunes grazzi għall-kumpanija tad-distribuzzjoni internazzjonali; CAP-Sounds.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com