“Ma Naqbilx Li L-Vaċċin Għandu Jkun Obbligatorju” – Brian Hansford
Il-preżentatur popolari Brian Hansford saħaq li ma jaqbilx li l-vaċċin għandu jkun obbligatorju.
Iżda ssuġġerixxa li dawk il-persuni li ma jridux joħduh, għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni.
“Ma naqbilx li l-vaċċin għandu jkun obbligatorju, nipproponi li dawk li ma jridux jieħduh għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni li huma responsabbli għal saħħithom (dan m’għandux jgħodd għal dawk li ma jistgħux għal raġunijiet mediċi jew raġunijiet oħra jieħdu vaċċin).”
Intom x’taħsbu dwar dan?