Ħatriet Ġodda Fi Ħdan L-MŻPN

 Ħatriet Ġodda Fi Ħdan L-MŻPN
Fid-dawl tal-ħatra ta’ Joseph Grech bħala Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN, waqt laqgħa lbieraħ filgħaxija, ġie maħtur Gabriel Micallef fl-inkarigu ta’ President tal-MŻPN b’mod unanimu. Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista.
Intqal ukoll li matul l-istess laqgħa ġew maħtura wkoll dawn l-karigi: Jake Scerri Seychell – Viċi President għall-Affarijiet Esterni, Thomas De Martino – PRO, Matthias Vassallo – Social Media Officer.
L-eżekuttiv kollu tal-MŻPN irringrazzja lil Joseph Grech tal-ħidma sfiqa tiegħu matul dawn l-aħħar snin, partikolarment fil-kariga ta’ President u jawguralu fl-irwol ġdid li qiegħed jokkupa.
Matul x-xhur li ġejjin, l-MŻPN se jkompli jservi bħala pjattaforma għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin sabiex kulħadd ikollu l-opportunità iwassal l-ideat tiegħu u jagħti kontribut għal pajjiż aħjar. L-MŻPN dejjem aġġixxa ta’ xprun ta’ bidla għall-aħjar u għalhekk se jkun protagonist fit-tibdil li jeħtieġ pajjiżna għal ġejjieni li jixirqilna.
‘Bħala MŻPN, ninsabu grati lejn l-partit li qiegħed jippromwovi żgħażagħ f’karigi għoljin interni. Dan juri l-impenn tal-PN sabiex jiġġedded u b’hekk joffri alternattiva dejjem aħjar għal pajjiżna”, temmet tgħid l-istqarrija.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com