Il-President George Vella F’Laqgħa Privata Ma’ Rappreżentanti Tal-Familja Caruana Galizia

 Il-President George Vella F’Laqgħa Privata Ma’ Rappreżentanti Tal-Familja Caruana Galizia

Fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu mill-Uffiċċju tal-President ġie kkonfermat li l-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella aktar kmieni llum iltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-familja Caruana Galizia, f’forma privata, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar dak li ġie diskuss f’din il-laqgħa.

Din il-laqgħa saret ġimgħa wara li bord ta’ inkjesta indipendenti dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia sab lill-Istat responsabbli għall-assassinju tagħha.

Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa privata wkoll mall-familja Caruana Galizia.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com