Attrazzjoni Ġdida F’Qiegħ Il-Baħar F’Ayia Napa
Attrazzjoni ġdida mhux tas-soltu infetħet fil-gżira ta’ Ċipru f’Ayia Napa. “Huwa ġojjell tal-Mediterran”, qal il-Ministru għat-Trasport Yiannis Karousos.
Nhar is-Sibt li għadda f’Ayia Napa infetħet esebizzjoni b’aktar minn 1,000 biċċa ta’ skultura f’qiegħ il-baħar fuq medda ta’ 170m.
Din l-esebizzjoni ta’ skultura figurativa jinsab f’żona protetta tal-baħar magħrufa bl-isem ta’ Pernera. Din l-esperjenza taħt il-baħar inħolqot mill-artist magħruf internazzjonalment Jason deCaires Taylor.
Din l-esebizzjoni toffri lill-viżitaturi esperjenza unika li turi r-relazzjoni bejn il-bnedmin, in-natura, l-ambjent u l-baħar.
Din l-attrazzjoni se tiġi promossa mad-dinja kollha fiż-żmien li ġej. Dan il-proġett mistenni jattira mal-50,000 turist fis-sena, qal id-Deputat Ministeru għat-Turiżmu.
Ritratti: The Guardian