Ser Jitwaqqaf Bord Indipendenti Biex Isegwi L-Proċeduri Interni Fil-Faċilità Ta’ Kordin
Il-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħabbar fi stqarrija lbieraħ filgħaxija, li se jkun qed jitwaqqaf bord indipendenti sabiex jevalwa l-proċeduri interni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Intqal li l-Ministeru kien f’kuntatt kontinwu mal-bordijiet stabbiliti skont il-liġi u anke ma’ professjonisti li jservu fil-ħabs sabiex ikun stabbilit dan il-bord.
L-istqarrija qalet kif fis-sigħat li ġejjin se jitħabbru t-termini ta’ referenza ta’ dan il-bord, kif ukoll jitħabbru l-persuni li se jmexxuh.
Dan se jkun indipendenti minn inkjesta Maġisterjali oħra.