Attent Jekk Xtrajt Dawn Il-Ġelati

 Attent Jekk Xtrajt Dawn Il-Ġelati

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tal-operatur stess, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati għaliex instab li fihom ingredjent li potenzjalment fih l-Ethylene oxide.

Deskrizzjoni tal-prodott

Vanilla & Chocolate Swirl

Dittà

Milka Mini

Piż

6 x 50ml

Data tad-durabbilità

31/03/2023

Lott

PL1084

Deskrizzjoni tal-prodott

Vanilla & Chocolate Swirl

Dittà

Milka

Piż

100ml

Data tad-durabbilità

31/01/2023

Lott

MI1009031001, MI1009032501, MI1009032502, MI1009034501, MI1009034602, MI1009035801

Deskrizzjoni tal-prodott

Gelato al gusto cioccolato-miele con cioocolato

Dittà

Toblerone

Piż

6 x 50ml

Data tad-durabbilità

28/02/2023

Lott

PL1042

L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropea, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE. Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx. Din it-twissija qed tinħareġ ukoll wara li kien hemm qbil bejn l-istati membri hekk kif rappurtat fuq https://ec.europa.eu/food/system/files/2021-07/rasff_ethylene-oxide-incident_e410_crisis-coord_sum.pdf.

 Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com