Illum Iċċelebrata L-Festa Ta’ San Bert F’Ħal Għargħur – ‘Jagħti L-Imfietaħ Biex Jinfetħu Bibien Is-Sema'”

 Illum Iċċelebrata L-Festa Ta’ San Bert F’Ħal Għargħur – ‘Jagħti L-Imfietaħ Biex Jinfetħu Bibien Is-Sema'”

Illum hija ċċelebrata l-festa ta’ San Bartilmew f’Ħal Għargħur. Il-parroċċa ta’ San Bert, kif jissejjaħ b’mod iżjed popolari, kienet tifforma parti mill-Parroċċa tan-Naxxar.

Kien fis-sena 1610 li din saret parroċċa għaliha. L-ewwel kappillan kien John Baptist Chetcuti.

Bosta jgħarrfu l-istatwa ta’ San Bert bħala waħda mill-ifjen xogħlijiet fl-arti. M’huwhiex magħruf min kien l-artist li ħadem l-istatwa għalkemm ħafna jgħidu, li kien Melchiorre Gafà; l-istess artist li ħadem San Pawl tal-Belt Valletta.

Iżda dan mhux ċert. Interessanti l-fatt li fuq l-istatwa, jeżistu żewġ marki tas-swaba li aktarx kienu l-mod ta’ kif iħalli l-marka tiegħu, l-artist li ħadimha.

Wara l-festa ta’ San Bert, jeżisti ħsieb popolari li ‘San Bert jagħti l-muftieħ u jiftaħ bibien is-sema’, bin-Naxxarin ma tantx jieħdu gost għaliex eżattament wara tiġi ċċelebrata l-festa tal-Bambina.

Fil-Għargħur, hemm ukoll tradizzjoni kbira ta’ nar mill-aqwa.

Awguri lill-Għargħurin kollha.

Ritratt: Facebook/ Għaqda Tan-Nar San Bartilmew Għargħur A.D.1910

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com