Dimostrazzjoni B’Solidarjetà Mal-Ġurnalisti Wara Diversi Attakki Fuq Siti Tal-Aħbarijiet

 Dimostrazzjoni B’Solidarjetà Mal-Ġurnalisti Wara Diversi Attakki Fuq Siti Tal-Aħbarijiet

Għada fil-Belt Valletta ħa tkun qed tiġi organizzata dimostrazzjoni bħala solidarjetà u appoġġ għall-ġurnalisti u l-attivisti.

Din id-dimostrazzjoni hija organizzata minn Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com u ħa tkun qed isir f’Pjazza Kastilja għada fis-6:30pm.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tal-Għaqda Repubblika ntqal li “ma nistgħux nibqgħu siekta fuq l-aħħar attakki fuq il-ġurnaliżmu ħieles u attivisti. Attakki bħal dawn huma attakki fuq id-dritt tiegħek għall-informazzjoni.”

Din id-dimostrazzjoni qed isir wara li matul dawn l-aħħar jiem inħolqu websites foloz identiċi għal dawk oriġinali fejn bdew jiġi mxerrda stejjer foloz f’isem siti tal-aħbarijiet lokali.

Dalgħodu tħabbar ukoll li kemm il-Prim Ministru Robert Abela u anke l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kienu vittma ta’ dawn l-attakki.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com