Tifel Ta’ 7 Snin Kien Ħa Bomba Tal-Gwerra D-Dar U Spiċċat Qatlet Familja Sħiħa

 Tifel Ta’ 7 Snin Kien Ħa Bomba Tal-Gwerra D-Dar U Spiċċat Qatlet Familja Sħiħa

Fuq il-paġna Palazzo Vittoria Naxxar ittellgħet ‘cutting’ mill-gazzetta Times of Malta tal-1941 fejn tirraporta traġedja li seħħet 80 sena ilu.

Jidher li tifel ta’ 7 snin Henry Vella min-Naxxar waqt li kien ma’ oħtu qalb l-għelieqi, sab bomba tal-gwerra li ma’ kienitx splodiet.

It-tifel Henry kien ħa din il-bomba fil-basket li kellu lura d-dar li malli ħariġha, din splodiet u qatlet 6 membri tal-familja.

F’din it-traġedja kienu mietu it-tifel Henry, Ommu Mary Ann, kif ukoll ħutu Mary ta’ 14 il-sena, Carmena ta’ 11-il sena, Theresa ta’ 3 snin u Carmenu ta’ 4 snin. Din it-traġedja kbira ħalliet 6 vittmi mill-istess familja mejta fit-30 ta’ Awwissu, 1941, ftit ġranet qabel il-festa ta’ Marija Bambina. Il-missier biss kien salva din it-traġedja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com