L-Imħallef Edwina Grima Tiċħad It-Talba Biex Tastjeni Mill-Ġuri Ta’ Yorgen Fenech
Dalgħodu fil-Qorti d-difiża ta’ Yorgen Fenech talbet sabiex l-Imħallef Edwina Grima tastjeni milli tippresjedi l-ġuri ta’ Fenech b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan ir-rikors sar fid-dawl tal-fatt li jista’ jkollha wkoll tippresiedi appell eventwali wara l-ġuri.
L-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali sejjaħ din it-talba bħala “manifestament frivola” u attentat ċar ta’ dak li huwa sejjaħ ‘forum shopping’. L-Avukat Ġenerali ċaħad li kien involut fl-għażla tal-ġudikant.
L-Imħallef Edwina Grima ċaħdet din it-talba ta’ Yorgen Fenech u qalet li ma’ hemm l-ebda ostakli biex tippresjedi f’dan il-ġuri.