Il-Bank Pilatus U Mara Ta’ 41 Sena Minn Tas-Sliema Se Jitressqu L-Qorti B’Arrest

 Il-Bank Pilatus U Mara Ta’ 41 Sena Minn Tas-Sliema Se Jitressqu L-Qorti B’Arrest

Numru ta’ uffiċjali għolja f’isem il-Bank Pilatus kif ukoll mara ta’ 41 sena minn Tas-Sliema mistennija jitressqu l-Qorti fil-ħin li ġej b’akkużi relatati ma’ ħasil ta’ flus.

Dan wara li ngħalqet Inkjesta Maġisterjali, kif ukoll wara investigazzjonijiet mill-Pulizija fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji.

Dan ukoll wara li nhar it-Tlieta li għadda, l-FIAU mmultat lill-Bank Pilatus €5 Miljun wara nuqqasijiet kbar li nsabu f’ħafna kontijiet.

Dawn mistennija jitressqu l-Qorti taħt arrest illum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ se titmexxa mill-Avukati Dr Cinzia Azzopardi Alamango u Dr Marthese Grech mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, assistiti mill-Ispetturi Claire Borg u Pauline Bonello.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com