Aġġornament Dwar L-Inċident Tat-Traffiku Vi Vjal Il-Labour Fin-Naxxar

 Aġġornament Dwar L-Inċident Tat-Traffiku Vi Vjal Il-Labour Fin-Naxxar

Ilum, għall-ħabta tas-sebgħa neqsin għoxrin ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Vjal il-Labour, in-Naxxar.

Dan ġie kkomunikat magħna mill-Uffiċċju Komunikazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm Bulgaru ta’ 56 sena residenti l-Mosta u karozza Opel Corsa, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 65 sena residenti n-Naxxar.

Il-Bulgaru ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ġie ċċertifikat li kien f’qagħda serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com