Raġel Ta’ 70 Sena U Ieħor Ta’ 27 Sena Isofru Ġrieħi Wara Argument Bejniethom
Raġel ta’ 70 sena kien involut f’argument ma’ raġel ieħor ta’ 27 sena.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30pm, fi Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar.
Iż-żewġt irġiel, it-tnejn minn Ħaż-Żabbar stess sofrew xi ġrieħi u marru ġewwa Ċentru tas-Saħħa u aktar tard l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Filwaqt li r-raġel ta’ 27 sena kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief, dak ta’ 70 sena kien iċċertifikat bi ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.