Il-Partit Laburista U l-PM Jżidu L-Fiduċja Fi Stħarriġ Mill-Istatistiku Vincent Marmara

 Il-Partit Laburista U l-PM Jżidu L-Fiduċja Fi Stħarriġ Mill-Istatistiku Vincent Marmara

Fi stħarriġ li sar mill-istatistiku Dr Vincent Marmarà ppubblikat fil-gazzetta t-Torċa juri żieda ta’ fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela u anke fil-Partit Laburista.

Dan għall-kuntrarju tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fejn irriżulta bi tnaqqis ta’ fiduċja fih.

L-Istħarriġ sar bejn l-10 u l-15 ta’ Settembru li għadda fuq kampnjun ta’ 750 persuna u dan wera li l-Mexxej Laburista huwa fdat minn 52.2% filwaqt li l-Kap Nazzjonalista huwa fdat minn 30.7%.

Dan ifisser li d-differenza fil-fiduċja bejn iż-żewġ mexxejja hija ta’ 21.5%.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com