Żewġ Somali Arrestati F’San Ġiljan B’Rabta Ma’ Pussess U Traffikar Tad-Droga

 Żewġ Somali Arrestati F’San Ġiljan B’Rabta Ma’ Pussess U Traffikar Tad-Droga

Żewġ Somali ta’ 45 sena u ta’ 33 sena ġew arrestati fi Ġnien Spinola, f’San Ġiljan, mill-Pulizija tal-Komunità ta’ San Ġiljan.

Waqt li kienet qed issir ronda bil-pass madwar San Ġiljan, il-pulizija nnutaw żewġ persuni li kienu qegħdin jaġixxu b’mod suspettuż u wieħed minnhom deher jgħaddi basket lill-ieħor.

F’dan il-ħin il-Pulizija marru fuqhom, waqqfuhom u għamlu tfittxija fuqhom fejn irriżulta li fil-basket kien hemm pakketti bid-droga suspettata kokaina u kannabis.

L-irġiel qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti llum, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com