Ġuvni Ta’ 23 Sena Sofra Ġrieħi Gravi Wara Inċident Bejn Mutur U Karozza
Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza. L-inċident seħħ illum, għal xi 9am, f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Hyosung RX125D misjuq minn raġel ta’ 23 sena residenti Ħal Qormi u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.