Sudaniż Inqabad Li Kien Qed Iġorr €16,500 Fi Flus Kontanti Mhux Iddikjarati F’Triqtu Lejn Istambul

 Sudaniż Inqabad Li Kien Qed Iġorr €16,500 Fi Flus Kontanti Mhux Iddikjarati F’Triqtu Lejn Istambul

Passiġġier Sudaniż fi triqtu lejn Istambul instab li kien qed iġorr €16,500 fi flus kontanti mhux iddikjarati wara li ġie mfittex minn Uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport ta’ Malta.

Il-passiġġier ġie avviċinat minn Uffiċjali tad-Dwana waqt tfittxijiet li kienu qed isiru fuq passiġġieri u nstab li kien qed iġorr €16,500 moħbija fil-ħwejjeġ li kien liebes.

Il-passiġġier qal li €5,200 biss mill-ammont sħiħ kienu jappartjenu lilu, filwaqt li żvela d-dettalji kollha ta’ żewġt irġiel Sudaniżi oħra li jappartjenu l-bqija tal-flus kontanti.

L-Uffiċjali tad-Dwana offrew lill-passiġġier soluzzjoni barra mill-Qorti li l-passiġġier aċċetta u qabel li jħallas il-multa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com