“Malta Spiċċat Ġungla Tal-Konkrit Mibnija Minn Skjavi” – Il-Każ Ta’ Jaiteh Lamin Jkompli

 “Malta Spiċċat Ġungla Tal-Konkrit Mibnija Minn Skjavi” – Il-Każ Ta’ Jaiteh Lamin Jkompli

Caroline Galea waħda mill-ewwel persuni li waqfu jgħinu lil Jaiteh Lamin, ir-raġel mill-Għana ta’ 32 sena li tħalla jissielet għall-ħajtu lbieraħ fuq bankina, għamlet żjara l-isptar sabiex tara kif jinsab.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali Caroline qalet li Jaiteh bid-dmugħ f’għajnejh irringrazzja lilha u lit-tliet persuni l-oħra li waqfu biex jgħinuh ilbieraħ, qala li dak il-ħin beda jaħseb li ħa jmut.

“Hu qali li ma jafx kemm ħa jdum sakemm jkun jista’ jerġa’ jibda jaħdem u issa m’għandux mod ieħor min fejn iġib il-flus. Qali li għandu żewġ itfal u l-mara fil-Ghana, kif ukoll jgħin lil ommu wkoll peress li missieru kien miet,” kitbet Caroline Galea filwaqt li qalet li fil-jiem li ġejjien ħa tkun qed tgħin lil Jaiteh Lamin billi tiġbor donazzjonijiet għalih b’kollaborazzjoni mal-Victims Support Malta.

Caroline kompliet tgħid li ma tridx li dan il-każ ikun ikkunsidrat bħala każ iżolat, għaliex fir-realtà dan mhuwiex. “Din hija sitwazzjoni reali, dan ir-raġel kien jitħallas €50 għal 11-il siegħa xogħol, u dan mhux l-unika post tax-xogħol li qed jiġri dan,” saħqet Caroline.

Hija temmet tgħid li rridu nqumu lkoll kemm aħna u nitkellmu sabiex inbidlu din is-sitwazzjoni għaliex “Malta spiċċat ġungla tal-konkrit mibnija minn skjavi.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com