“Kieku Llum Nagħlaq 28 Sena Miżżewweġ … Imma D-Destin Ried Mod Ieħor” – Ivan Gaffiero

 “Kieku Llum Nagħlaq 28 Sena Miżżewweġ … Imma D-Destin Ried Mod Ieħor” – Ivan Gaffiero

Ivan Gaffiero qasam ritratt tiegħu fuq il-midja soċjali, flimkien ma’ martu fil-jum tat-tieġ tiegħu lura fl-1 t’Ottubru tal-1993.

Qal li dakinhar kien ferħan li se jiżżewweġ, li se jippjana famila u fuq l-artal tenna l-kelma li se jibqgħu flimkien hu u martu fit-tajjeb u l-ħażin, fil-mard u s-saħħa.

“Imma d-destin kien mod ieħor. Illum kienu nagħlaq 28 sena miżżewweġ ma’ marti Rita Gaffiero Borg. Għalkemm iż-żwieġ tagħna dam 14 il-sena”, kompla jgħid Ivan.

Madanakollu tenna li jħossu kuntent li għalkemm batew minn dan kollu minħabba li d-destin kien differenti, illum xorta kuntent li jissejjaħ missier u li xorta baqa’ jirrispetta lill-eks martu.

Għadda wkoll messaġġ ġenwin: “Dejjem din ngħid lil kull min ikun qed jinfired, li jibqa’ kuntatt tajjeb ma’ martu jew żewġu għax hekk it-tfal ma jbatu qatt”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com