Kien Jum Impenjattiv Wara L-Maltemp Tal-Bieraħ
Illum kienet ġurnata impenjattiva minn kmieni dalgħodu għall-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni wara l-maltemp qawwi li laqat il-gżejjer Maltin fil-ħinijiet bikrin tal-jum tal-Ħadd.
Sal-lejla t-toroq reġgħu ġew għan-normal wara xogħol estensiv u kkordinat sabiex ikun aċċessibbli għall-pubbliku.
Nirringrazzjaw lill-ħaddiema kollha tal-ħidma importanti li jagħmlu kif ukoll insellmu lill-pulizija, ħaddiema tal-protezzjoni ċivili u lil dawk kollha li għamlu dan ix-xogħol.
Forsi kultant anqas nirrealizzaw kemm hemm ħidma kontinwa wara t-tindif tat-toroq u l-inħawi Maltin u Għawdxin li jsiru fuq bażi regolari.