Il-Kap Tal-Partit Nazzjonalista Fi Żjara Waqt Freshers’ Week

 Il-Kap Tal-Partit Nazzjonalista Fi Żjara Waqt Freshers’ Week

“Hu sabiħ li terġa’ tara lill-istudenti miġburin fil-Kampus tal-Università biex, filwaqt li jkomplu jtejbu l-abbiltajiet akkademiċi tagħhom, jgħixu dak li aktarx se jkun wieħed mill-isbaħ perjodi ta’ ħajjithom.”

Hekk qal il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fi tmiem żjara fost l-istudenti Universitarji, hekk kif f’dawn il-jiem qed tkun organizzata l-Freshers’ Week. Matul dawn il-jiem, l-istudenti l-ġodda jkollhom l-opportunità jifhmu aħjar il-ħajja fuq il-Kampus, fejn ikunu se jgħaddu s-snin li ġejjin.

Waqt li kien qed iżur l-istands tad-diversi organizazzjonijiet ta’ studenti u kumpaniji li jappoġġjaw din l-attività fosthom anke stand tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew, l-istudenti nfushom spjegaw lil Bernard Grech il-ħidma tagħhom, fosthom anke l-attivitajiet biex il-membri tagħhom jissoċjalizzaw aktar.

Akkumpanjat mill-Kelliem għall-Edukazzjoni Clyde Puli, il-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Bernice Bonello, u rappreżentati tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista u Timstart, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar ukoll fil-ħidma tal-Partit immexxi minnu biex l-edukazzjoni tibqa’ tingħata prijorità, bil-mira li ulied kull wieħed u waħda minna jirnexxu lkoll.

Bernard Grech qal li, anke bħala missier hu stess, fix-xhur li għaddew ħass għafsa ta’ qalb jara li uliedu ma jistgħux jattendu fiżikament għal-lectures. U għalhekk, hu impotanti li d-deċiżjonijiet jittieħdu bl-aħjar interessi tal-istudenti tagħna f’moħħ l-awtoritajiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com