Il-Kuntrattur Li Ħalla Lill-Ħaddiem Tiegħu Fit-Triq Jingħata L-Ħelsien Mill-Arrest

 Il-Kuntrattur Li Ħalla Lill-Ħaddiem Tiegħu Fit-Triq Jingħata L-Ħelsien Mill-Arrest

Wara li lbieraħ kompla s-smigħ tal-kawża kontra Glenn Farrugia, il-kuntrattur akkużat illi ħalla impjegat tiegħu f’triq wara li kien waqa’ żewġ sulari u weġġa serjament, ingħata l-ħelsien mill-arrest.

F’seduta twila ta’ tmien sigħat il-Maġistrat Marseanne Farrugia semgħat ix-xhieda fosthom ta’ Jaiteh Lamin ta’ 32 sena mill-Gambja.

“Ma ġejtx mormi fuq il-bankina, imma fit-triq. Spiċċajt fuq il-bankina minħabba li tkaxkart b’minkbejja għal fuq il-bankina,” qal fix-xhieda tiegħu l-allegat vittma. Fis-seduta xehdu diversi persuni oħra fosthom it-tfajla li sabet lil Jaiteh ma’ l-art u li għenitu.

Wara li nstemgħu x-xhieda pajżana l-Maġistrat Marseanne Farrugia laqgħet it-talba tad-difiża li Glenn Farrugia jingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Farrugia kien ordnat iħallas depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €30,000. Huwa jrid jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa fl-għassa ta’ Ħaż Żebbuġ u jkun id-dar sa 12am u ma joħroġx qabel il-5am.

Għall-akkużat qed jidhru l-avukati Franco Debono u Matthew Xuereb. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Priscilla Caruana Lee u l-Ispettur George Frendo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com