Mara Taqa’ Ġo Barriera Fil-Qala
Mara ta’ 57 sena residenti Marsascala, għal ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, wara li waqgħet ġo barriera fil-Qala.
Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-vittma kienet miexja minn passaġġ dejjaq ma’ xi persuni oħra u waqgħet madwar sular u nofs.
Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: ERA/ Ir-ritratt m’għandux x’jaqsam mal-każ. Intuża biex jispjega.