Żortuh Il-Festival Tat-Tajr Fl-Għarb?

 Żortuh Il-Festival Tat-Tajr Fl-Għarb?

Illum qed jittella’ r-raba edizzjoni tal-‘Kite Festival‘ (Festival tat-Tajr) fl-Għarb f’Għawdex. Din l-attività tintlaqa’ tajjeb ħafna ta’ kull sena mill-pubbliku fejn is-smewwiet jimtlew b’tajr mill-isbaħ; kemm dawk li jkunu lesti jew inkella magħmulin bl-idejn.

F’postijiet bħaż-Żejtun, it-tajra tissejjaħ ‘Manuċċa‘.

Maż-żmien, avvenimenti ħelwin bħal dawn bdew jonqsu fejn qabel, kienet ħaġa komuni li t-tfal jgħaddu l-ħin permezz ta’ passatemp ħelu bħal dan.

Iżda l-kunsill lokali tal-Għarb flimkien mad-Direttorat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, reġa’ qajjem din it-tradizzjoni sabiħa li tiġbed bosta ammiraturi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com