Joseph Muscat Wieħed Mix-Xhieda Fil-Ġuri Kontra Matteo Salvini

 Joseph Muscat Wieħed Mix-Xhieda Fil-Ġuri Kontra Matteo Salvini

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat ħa jkun qed jidher bħala xhud fil-Qorti Kriminali Taljana fil-ġuri li qed jiffaċċja l-eks Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini.

Salvini beda għaddej ġuri minħabba li kien irrifjuta 147 immigrant milli jidħlu fit-territorju Taljan wara li kienu salvata mill-bastiment Spanjol Open Arms, lura fl-2019.

Dakinhar Salvini kien irrifjuta li l-immigranti jinżlu jew jidħlu f’port sigur sakemm ħarġet ordni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur wara sitt ijiem bejn sema u ilma.

Il-ġuri mistenni jkompli fis-17 ta’ Diċembru wara li fl-ewwel seduta fil-Qorti  ta’ Palermo, Sqallija kienet waħda proċedurali fejn ġew preżentati l-listi tax-xhieda miż-żewġ naħat.

Salvini kien qal li d-deċiżjoni ma kienitx tiegħu biss, iżda kien qabel magħha l-Gvern, inkluż il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Giuseppe Conte.

Jekk jinstab ħati Salvini jista’ jeħel sa 15-il sena ħabs.

Ritratt: eu2017mt/Flickr

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com