“Bdejt Novembru Fuq Sieq Ħażina U Mhux Kif Kien Ippjanat” – Il-Ministru Edward Zammit Lewis

 “Bdejt Novembru Fuq Sieq Ħażina U Mhux Kif Kien Ippjanat” – Il-Ministru Edward Zammit Lewis

“Bdejt Novembru fuq sieq ħażina u mhux kif kien ippjanat.” Hekk għadu kif kiteb il-Ministru Edward Zammit Lewis fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

Huwa letteralment beda Novembru fuq sieq ħażina hekk kif il-Ministru qal li jinsab rikoverat id-dar minħabba inċident żgħir li kellu f’siequ, b’konsegwenza li kellu jħassar jew ibiddel il-pjanijiet li kellu.

Zammit Lewis qal li “xorta waħda ser inkompli bil-ħidma tiegħi għall-ġid ta’ pajjiżi u l-kostitwenti tiegħi. Għalkemm mhux se nkun nista’ niltaqa’ magħkom wiċċ imb wiċċ, it-tim tiegħi se jibqa’ disponibbli għalikom.”

Huwa irringrazzja minn qalbu lil kull min qed jibgħatlu l-messaġġi għal fejqan ta’ malajr.

Nawgurawlek fejqan ta’ malajr!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com