Ikkundannat 5 Snin U Nofs Ħabs Wara Li Pprova Joqtol Raġel F’Każin F’Ħal Qormi
Raġel ta’ 51 sena minn Ħal Qormi kien ikkundannat ħames snin u nofs ħabs wara li nstab ħati li pprova joqtol raġel ieħor fil-każin Laburista ta’ Ħal Qormi.
Il-każ imur lura nhar is-6 ta’ Novembru tal-2016 meta għall-ħabta tal-4:45pm Alfred Galea, li jaħdem bħala furnar kien ipprova joqtol lil Alfred Felice b’daqqiet ta’ sikkina.
Il-Prosekuzzjoni qalet li dakinhar kienet nqalgħet ġlieda bejn żewġ persuni oħra b’Galea mar biex iwaqqafhom imma spiċċa involut fil-ġlieda.
Huwa ammetta l-akkużi u l-Prosekuzzjoni flimkien mad-difiża qablu li Galea kellu jiġi kkundannat ħames snin u sitt xhur ħabs.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud ikkundanna wkoll lil Alfred Galea €8,933 fi spejjeż ta’ esperti.