Bil-Filmat: Il-Waqgħa Tal-Ħajt Ta’ Berlin – 32 Sena Ilu
Kien id-9 ta’ Novembru, 1989, propju 32 sena ilu meta beda jitwaqqa’ darba għall-dejjem il-ħajt ta’ Berlin. Ħajt li kien qed jifred lill-poplu Ġermaniż.
Il-ħajt kien inbena wara t-tieni gwerra dinija biex ma’ jħallix in-nies tal-Lvant jmorru lejn il-Punent ta’ Berlin.
Dan minħabba li n-naħa tal-Lvant kienet okkupata mill-Unjoni Sovjetika filwaqt li n-naħa tal-Punent kien imexxi minn awtoritajiet demokratiċi.
Bosta nies kienu mietu waqt li kienu jippruvaw jaħarbu billi jaqbżu l-ħajt sabiex isibu ħajja aħjar. Il-Forzi Sovjetiċi kellhom ordni li jisparaw fuq min jipprova jaqsam il-ħajt.
Kien bħal lum 32 sena ilu li kelliem għall-istat Sovjetiku kien ħabbar li l-ħajt li kien qed jifred miljuni ta’ nies kien ser jinfetaħ dak il-lejl stess. Dak il-lejl kien wieħed speċjali għall-Ġermanja, b’bosta ċelebrazzjonijiet fil-kapitali Berlin.