Aġġornat: Ikkontrollat In-Nar Fit-Torri Ta’ Portomaso

 Aġġornat: Ikkontrollat In-Nar Fit-Torri Ta’ Portomaso

Il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili llum wara nofsinhar kienu impenjati bi kbir f’ħidma li damet madwar sagħtejn sabiex irnexxielhom jikkontrollaw in-nirien li żviluppaw fit-torri ta’ Portomaso.

Fortunatament in-nar ġie kkontrollat fil-ħin kif ukoll ma kien hemm ħadd li weġġa’ f’dan l-inċident u l-ebda persuna ma ttieħdet l-isptar għall-kura.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili spjegaw kif għall-ħabta tat-2:45pm ġew infurmati b’nar li kien żviluppa fit-tmien sular u li baqa’ nieżel sat-tielet sular fejn f’dak il-ħin kien hemm għadd ta’ ħaddiema fl-uffiċini li rnexxielhom joħorġu fil-ħin u jiġi evakwat il-post kollu fi ftit minuti.

S’issa għada mhux magħrufa il-kawża tan-nar hekk kif għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet, għalkemm rapporti qed jgħidu li seta’ kien short circuit fid-dawl. Mhux eskluż li diversi partijiet tat-torri ġarrbu xi ħsarat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com