“Fid-Djar Tal-Għawdxin Toħroġ Il-Verità…Is-Servizz Tas-Saħħa Ġo Għawdex M’Huwiex Sodisfaċenti” – Peter Agius

 “Fid-Djar Tal-Għawdxin Toħroġ Il-Verità…Is-Servizz Tas-Saħħa Ġo Għawdex M’Huwiex Sodisfaċenti” – Peter Agius

“Fid-djar tal-Għawdxin toħroġ il-verità. Is-servizz tas-saħħa ġo Għawdex m’huwiex sodisfaċenti.”

Hekk kiteb dalgħodu l-kelliem tal-PN Peter Agius wara li lbieraħ kien qiegħed fil-gżira ta’ Għawdex jitkellem man-nies.

Huwa qal li diversi nies qalulu li għal ħafna servizzi li jkollok bżonn fl-Isptar t’Għawdex jibgħatuk Malta, “anke għal emerġenzi,” saħaq Agius.

Huwa kompla jsostni li anke “għall-ħelikopter, jekk jaqilgħu għalik, trid tmur bl-ambulanza sax-Xewkija.”

“Reċentement: għal appendiċite bagħtuhom Malta għax ma kienx hemm kirurgu; Ħaddiem li mar b’inċident f’għajnejh – bagħtuh Malta għax tal-għajnejn kien bil-leave; L-Anzjani kollha bil-hearing aid issa qed jgħidulhom aħsbu għal raskom għax l-ENT għalaqnih!; Kull min imur b’chest pain għal Malta għax mhux ta’ idejna,” kiteb Peter Agius hekk kif qal li din hija r-realtà fl-Isptar ta’ Għawdex.

Huwa temm jgħid li “l-isptar ta’ Għawdex sar klinika ta’ raħal żgħir! Din hija l-verità ħbieb. Sadanittant is-sena d-dieħla lil Vitals se jtuhom €69 miljun.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com