Tafu Liema Laqgħa Storika Seħħet Bħal-Lum 32 Sena Ilu F’Malta?

 Tafu Liema Laqgħa Storika Seħħet Bħal-Lum 32 Sena Ilu F’Malta?

Kien bħal-lum 2 ta’ Diċembru tal-1989 meta f’Malta bdiet laqgħa storika bejn il-President il-President tal-Istati Uniti George Bush u l-President tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev fuq il-vapur tal-passiġġieri Russu Maxim Gorky.

Il-pjan kien li t-taħdidiet isiru fuq il-bastiment navali Sovjetika Slava u dak tal-Istati Uniti Belknap li kienu ankrati fil-bajja ta’ Marsaxlokk.

Iżda l-maltemp qawwi li għamel, ġiegħel li l-mexxejja jiltaqgħu fuq il-vapur tal-passiġġieri. Iż-Żewġ President kellhom laqgħat separati mal-Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami.

Fi tmiem il-laqgħa għolja, Bush u Gorbachev iddikjaraw tmiem il-Gwerra Bierda bejn iż-żewġ blokki.

Dan l-avveniment ġibed lejn Malta mal-elfejn ġurnalist u membri tal-istampa internazzjonali li ħonqu Dar il-Mediterran għall-Konferenzi li kien iċ-Ċentru Stampa matul il-laqgħa.

Ritratt: Past Daily

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com