Kabarè Tal-Milied Ma’ Heidegger

 Kabarè Tal-Milied Ma’ Heidegger

Bħala parti mill-programm kulturali tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għas-sena 2021, The Strada Stretta Concept, li huwa taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci, se jkun qiegħed itemm is-serje ta’ avvenimenti ta’ din is-sena b’Kabarè tal-Milied ma’ Heidegger. Dan l-avveniment se jkun qed isir fil-15 ta’ Diċembru 2021. Din il-prestazzjoni se tibda fit-8:00pm u se ssir f’The Splendid, Strada Stretta, il-Belt Valletta.

Dan il-Milied, The Splendid se jiġi trasformat fi klabb tal-kabarè fejn l-udjenza tista’ sserraħ rasha li se tkun qed tgawdi minn serata ta’ mużika, letteratura u prestazzjoni. Filwaqt li fil-passat Strada Stretta kienet magħrufa għax-shows tagħha tal-kabarè, din is-sena The Strada Stretta Concept qed jintroduċi bidla billi jippreżenta ħdejn xulxin, bil-għan li jinħareġ kuntrast,  il-kabarè u l-filosofija ta’  Martin Heidegger. F’dan l-avveniment, il-kitbiet eżistenzjali ta’ Heidegger se jifformaw pont max-xena tad-divertiment. Dan se joffri atmosfera li tipprovoka l-ħsieb fi ħdan kunċett ta’ kabarè vibranti.

Id-dħul huwa bla ħlas, iżda huwa importanti li tibbukkja postok minn qabel. Jekk jogħġbok ibbukkja post billi tibgħat email fuq [email protected] jew iċċempel fuq +356 2124 2018. Jekk jogħġbok innota li minħabba s-sitwazzjoni preżenti, dawk kollha li jattendu jridu jkunu vvaċċinati kompletament, u għandhom jilbsu maskra u jżommu d-distanza soċjali matul il-prestazzjoni. Iċ-ċertifikati tal-vaċċin se jiġu skennjati mad-dħul. Għal aktar informazzjoni żur il-paġni ta’ Facebook ta’ The Strada Stretta Concept u tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com