“Illum Il-Birthday Ta’ Robert Arrigo – Raġel Li B’Dak Kollu Li Ġarrab L-Ewwel Li Ħaseb Kien Fil-Proxxmu”

 “Illum Il-Birthday Ta’ Robert Arrigo – Raġel Li B’Dak Kollu Li Ġarrab L-Ewwel Li Ħaseb Kien Fil-Proxxmu”

“Illum il-birthday ta’ Robert Arrigo. Qabel ma dħalt fil-politika kont nafu biss mill-futbol. Kulħadd jaf li kien President ikona tas-Sliema Wanderers u allura kontra tiegħi.” Hekk kiteb Adrian Delia fuq il-facebook tiegħu b’tislima lil Arrigo fil-jum li fih twieled.

Spjega kif meta ħareġ għall-politika kien mal-kamp oppost u ma ħax gost għax spjega kif rari jitlef Robert.

“Meta tlajt ma lħaqqniex tkellimna wisq imma meta tela’ Viċi Kap b’maġġoranza fenomenali b’umiltà lì qatt ma rajt bħala ġie ħdejja u qalli : ‘jien ma nippretendi xejn ma għintekx, imma mhux se ntellef lil Kap tal-Partit qatt’. Jien ħarist lejh u għidtlu : ‘minn Issa stess nafdak bil-finanzi u l-affarijiet interni tal-Partit‘.
U min hemm ma ħarisna lura qatt.”

Delia ftakar ukoll u ried isemmi dan li ġej: “meta kien l-isptar dan l-aħħar kien bejn ħajja u mewt. Bi prudenza għidt lil Marina Arrigo li mmur narah meta tgħidli hi. Dakinhar li qaleb għall-aħjar morna.

Wara ftit minuti talab lill-kulħadd joħroġ mill-kamra u qalli dan il-kliem : ‘Adrian ara kif ħa nagħmlu fondazzjoni ħalli kull minn jgħaddi minn dak li għaddejt minnu jien ikollu l-aqwa servizz’. Sammarni. Kessaħni.
Raġel li b’dak kollu li ġarrab l-ewwel li ħaseb kien fil-proxxmu.”

“Robert Arrigo int bniedem li bħalek ftit hawn. Għalkemm dejjem stmajtni bħala l-Kap tiegħek, jien għandi stima u rispett bla qies lejk.

Awguri għal għeluq sninek u j’Alla tgħix mitt sena oħra għax il-ġid li tagħmel int huwa bla qies”, temm jgħid Adrian Delia.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com