Taf Ta’ Min Hu Dan Iċ-Ċurkett?
Persuna li kienet qed tgħodos fi Qui Si Sana, qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku hekk kif sabet ċurkett f’qiegħ il-baħar.
L-istess persuna spjegat kif tixtieq ħafna li ssib sid iċ-ċurket, li skond l-istil tiegħu, x’aktarx ta’ mara.
Iċ-ċurkett huwa żgħir fil-qies u għandu erba’ daqqiet partikolari bħala disinn.
Il-persuna li sabitu spjegat kif fuq in-naħa ġewwa taċ-ċurkett hemm data u kif ukoll inizjali mnaqqxin, fejn qalet kif min se jkun qed jgħid li tiegħu se jkollu jgħid x’hemm miktub.
U int, taf ta’ min hu ċ-ċurkett? Agħmel share u xerred il-kelma…