Id-Dwana Tinterċetta Aktar Minn €70,000 Fuq Erba’ Passiġġieri Fl-Ajruport Ta’ Malta
Erba’ passiġġieri li kienu qed jivvjaġġaw lejn Dubai, it-Turkija, l-Olanda u l-Iraq instabu li kienu qed iġorru total ta’ €71,375 fi flus kontanti mhux iddikjarati minn Uffiċjali tad-Dwana.
Żewġ passiġġieri Maltin fi triqthom lejn Dubai u t-Turkija nstabu li kienu qed iġorru €33,200 u €17,400 rispettivament, fi flus kontanti mhux iddikjarati.
Il-passiġġier Malti li kien qed jivvjaġġa lejn Dubai ġie mistoqsi jekk kienx qed iġorr xi flus kontanti meta l-kelb tad-dwana Gypsy irreaġixxa b’mod pożittiv lejh. Il-passiġġier qal li kien qed iġorr madwar €10,000, iżda minn tfittxija li saret bir-reqqa li saret irriżulta li kien qed iġorr €18,200 u €15,000 oħra fil-bagalja.
€10,000 ġew ritornata lill-passiġġier filwaqt li l-bqija tal-flus miżmuma tpoġġew fid-depożitarju. Ir-raġel kien arrest mill-Pulizija.
Passiġġier Malti ieħor instab li kien qed iġorr €17,400 filwaqt li passiġġier Olandiż instab li kien qed iġorr €10,345, fi flus kontanti mhux iddikjarati. €10,430 oħra fi flus kontanti mhux iddikjarati ġew interċettati minn Charlie, kelb ieħor tad-dwana fuq passiġġier Sirjan li jivvjaġġa lejn l-Iraq.
Il-passiġġier Malti, Sirjani u Olandiżi ġew offruti soluzzjoni barra mill-qorti li għaliha qablu u ffirmaw u ngħataw multa fuq il-post.