Id-DPM Fearne Kkonferma Li L-Purċissjonijiet Tal-Bambin Jistgħu Jsiru Mingħajr L-Użu Tal-Barrikati

 Id-DPM Fearne Kkonferma Li L-Purċissjonijiet Tal-Bambin Jistgħu Jsiru Mingħajr L-Użu Tal-Barrikati

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa waqt konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-ħin ilu qal li l-Purċissjonijiet bil-Bambin jistgħu jsiru mingħajr l-użu tal-barrikati.

Huwa qajjem dan il-punt wara li lbieraħ diversi Arċiprieti u organizzaturi tkellmu dwar l-email li rċevew mill-awtoritajiet fejn infurmawhom li biex jingħata dan il-permess hemm bżonn li jimxu mal-protokolli li hemm stabbiliti biex isir attività, inkluż il-barrikati tul ir-rotta kollha tal-purċissjoni.

Il-Ministru Chris Fearne llum qal li wara laqgħa li saret mal-kurja dawn il-purċissjonijiet ħa jkunu jistgħu jsiru bil-protokolli, fosthom l-ilbies tal-maskra, reġistrazzjoni ta’ minn ħa jattendi kif ukoll t-teħid tat-temperatura. Rigward il-barrikati l-Ministru Fearne qal li ma hemmx bżonn li jsiru.

Huwa żied jgħid li l-pubbliku għandu jkun prudenti f’dawn it-tip ta’ attivitajiet sabiex iħares is-saħħa tiegħu u tan-nies madwaru.

Ritratt: Edward Azzopardi

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com