Id-Deputat Laburista Silvio Grixti Jirreżenja Mill-Parlament – Qed Ikun Investigat Mill-Pulizija

 Id-Deputat Laburista Silvio Grixti Jirreżenja Mill-Parlament – Qed Ikun Investigat Mill-Pulizija

Il-Membru Parlamentari tal-Partit Laburista Silvio Grixti rriżenja mill-Parlament wara li ġie interrogat mill-Pulizija.

Din l-aħbar ġiet żvelata mill-gazzetta MaltaToday fejn qalet li persuni qrib il-Gvern qalu li Silvio Grixti rriżenja mill-Parlament illum wara li kien interrogat mill-Pulizija għalkemm ma ġietx irrapportata r-raġuni li għaliha ġie investigat.

L-Avukati Franco Debono u Arthur Azzopardi qalu li f’dan l-istadju, il-klijent tagħhom, ma jixtieqx jikkummenta.

It-Tabib Grixti kien elett fil-Parlament fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 fuq it-tielet distrett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com