Jitħassar Il-Presepju Ħaj F’Għajnsielem
Hekk kif din is-sena l-presepju ħaj f’Għajnsielem fetaħ b’mod aktar ridott mis-soltu u b’diversi miżuri, kellu jisfaxxa kollox hekk kif l-organizzaturi ħabbru li minħabba żieda fil-każijiet u fid-dawl tar-restrizzjonijiet imħabbra llum ġie deċiż li l-bqija tal-ġranet jiġu mħassra.
Dan tħabbar fuq il-mezzi soċjali tagħhom fejn qalu li dan qed jagħmluh b’dieqa ta’ qalb kbira speċjalment fid-dawl tal-isforzi kbar u tħejjijiet twal li saru.
“Nemmnu però li din hija l-aħjar deċiżjoni fl-interess ta’ saħħet l-atturi li wħud minnhom ukoll jinsabu kwarantina, u għall-aħjar interess ta’ saħħet l-eluf ta’ viżitaturi,” temmew jgħidu l-organizzaturi tal-presepju ħaj f’Għajnsielem.