Fr David Muscat Jerġa’ Jgħaxxaqha Bil-Kummenti Dispreġġjattivi Kontra Persuni LGBTIQ

 Fr David Muscat Jerġa’ Jgħaxxaqha Bil-Kummenti Dispreġġjattivi Kontra Persuni LGBTIQ

Fr David Muscat li spiss jikkritika persuni LGBTIQ qal f’kumment fuq facebook li jekk b’xi mod l-agressur ta’ Paulina Dembska kien omosesswali jew bisesswali, dan ikun ‘kundizzjoni’ agħar milli kieku huwa ppossedut mix-xitan.

Dan b’referenza għal Abner Aquilina fejn kien irraportat li ntbagħat l-isptar Monte Karmeli.

Il-Qassis David Muscat sostna dan għal kumment ta’ persuna li bdiet tikkritikah, illi jekk Aquilina huwa LGBTIQ jew bisesswali kif kien qed jimplika, “din diżordni oħra mal-iskizofrenija u l-effett malefiku (mxjatan.)”

“L-inqas gravi l-possessjoni … il-gayyagni agħar,” qal Muscat.

Dan il-qassis ilu għaddej b’dan it-tip ta’ kliem kontra persuni LGBTIQ. Meta tiġi mitkellma l-hate crime, jidher li “għalkemm kliemu huwa pastaż, insulenti u diskriminatorju, ma jinċitawx vjolenza.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com