Clifford Galea Jikteb Lis-Santa Sede Dwar Fr David Muscat

 Clifford Galea Jikteb Lis-Santa Sede Dwar Fr David Muscat

“Bħala ċittadin, u bħala Chairperson tal-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ+ ħassejtni fid-dmir li ma nieqafx għall-kummenti dispreġġjativi li saru u jsiru kontiwament minn Fr. David Muscat.”

Hekk għadu kemm kiteb Clifford Galea fuq il-mezzi soċjali tiegħu b’reazzjoni għal dak li kiteb Dun David Muscat ilbieraħ, fejn qal li jekk tkun persuna LGBTIQ huwa agħar minn possessjoni mix-xitan. Din m’hiex l-ewwel darba li dan il-qassis kiteb kliem iebes kontra l-persuni gays.

Clifford Galea kkonferma li għadu kemm kellu kuntatt mas-Santa Sede fejn ġie mitlub jikteb ittra lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku dwar dan il-każ.

Galea stqarr li għalkemm huwa persuna gay huwa jħobb ħafna l-Knisja Kattolika u huwa membru attiv tagħha wkoll.

“Din l-ittra saret u ntbagħtet,” kiteb Clifford Galea fejn huwa temm jgħid li jirrikonoxxi l-apoloġija li għamel dalgħodu l-Arċisqof Charles Scicluna. Qal ukoll li r-rispett tal-Arċisqof lejn persuni LGBTIQ qatt ma kien assenti u “anke personalment, dejjem semgħani.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com