Inċident Tat-Traffiku F’Ħal Għargħur

 Inċident Tat-Traffiku F’Ħal Għargħur

Illum, għall-ħabta tal-kwarta ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Balal, Ħal Għargħur.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW X1, misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti s-Swieqi u Hyundai Getz, misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti r-Rabat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com